x Hello!
Log in here to add your story.

Fireworks: A local tradition in the words of Ġanni Bonello (2)

01.01.1960 - 31.12.1990
Original language : Maltese

In the second and final part, Ġanni Bonello from Dingli explains the intricacies of firework production and how these were put to use during festa week.

Il-murtal kien jinħadem billi titħallat il-pitassa u l-kubrit, imbagħad dawn isiru bomba. Timla’ ġo bott tat-tlieta jew tal-erba' pulzieri u torbtu, imbagħad ittih it-tir u taħarqu. Tal-kulur imbagħad fih il-logħob. Għax l-ewwel trid tagħmel l-istilla fix-Xitwa, imbagħad wara li tnixxifha sewwa terġa’ ttiha l-banju tal-porvli magħha biex taqbad, imbagħad wara tippustjaha fl-iskrataċ. Għan-nar tal-art, missieri kien jagħmel il-funtana. Kien jippreparaha qabel, qisu għal xi Marzu, u aħna konna niġbruhom u mbagħad, nummuntawhom x’ħin tgħaddi l-Imnarja. Fil-ġimgħa tal-festa, l-ewwel kien ikollna l-ħruġ tal-vara. Konna naħarqu xi ħaġa tal-bombi u mbagħad l-ewwel it-tridu, imbagħad lejlietha u f'nhar il-festa konna naħarqu li jibqa’. Tal-kulur konna naħarqu u xi kaxxa infernali. Kienu jiġu ħafna nies minn barra r-raħal biex isegwu l-logħob tan-nar li aħna konna nkunu ppreparajna. In-nies kienu jiġu l-aktar għan-nar tal-art u għal tal-kulur. Kellna anke il-pulizija, l-Ispettur, kien jgħid lil missieri, "Nin, jien hawn niġi biss għax nara li kollox bil-għaqal u x-xogħol imur tajjeb." Wara li tinħaraq il-kaxxa tal-purċissjoni konna nitilgħu l-Knisja u nirringrazzjaw lil Madonna li żammitna qawwijin u sħaħ, imbagħad immorru għal marċ. Fil-fatt, Ħad-Dingli kien minn tal- ewwel li għamlilna l-marċ tan-nar. Kienu jdoqqu il-banda tal-Birgu dak iż-żmien. Dejjem kont minn tal-ewwel biex nidħol ġo fih! U hekk jispiċċa x-xogħol li għamilna tas-sena, u nerġaw nibdew ftit ġimgħat wara.

Dear Visitor,
By visiting our website and using our platform, you agree to the Terms and Conditions.
We use analytics cookies to offer you a better browsing experience. You have the choice to refuse or accept them.
You can learn more about this in our Cookies Policy