x Hello!
Log in here to add your story.

The village festa

01.01.1950 - 01.12.1979
Original language : Maltese
Read in:

Catherine Bugeja reminiscing about Żurrieq's Feast of St Catherine, back on the 22nd of November 2009.

Il-festa ta' Santa Katerina konna nistennewha minn sena għall-oħra. Konna nistennewha għax qisna ma kellniex affarijiet oħra b’xiex nieħdu pjaċir. L-armar, qisu dejjem, kien ikun f’idejn l-arċipriet, imma pero’ mhux hu kien jieħu ħsieb, kien ikollu xi nies miegħu per eżempju tas-Soċjetà ta’ Santa Katarina. L-arċipriet kien iħallas il-logħob tan-nar, bħaċ-ċikċifogu ta’ lejliet il-festa, imma mbagħad l-oħrajn dejjem is-Soċjetà kienet taħdimhom. Ikun hemm in-nies jaħdmu b’xejn. In-nar kienu jagħmluh maskli. Jien ma niftakarhomx imma kienu jaħarquhom ġo l-oratorju tal-knisja. Imma issa bdew jagħmlu l-murtali sew. Issa jaħdmuhom volontarjament in-nies li jżommu mas-Soċjeta’ u huma jaħdmu għall-festa. Il-funzjonijiet kienu jsiru bħal ma huma llum, pero’ bil-Latin. Dan iż-żmien isiru bil-Malti biex kollox jiftiehem iżjed minn nies. Il-knisja kienet tiġi mżejjna wkoll dak iż-żmien, speċjalment fi żmien il-festa. Id-damask, il-linef, it-tunzell, kollox. Qabel l-art tal-knisja ma kienetx bl-irħam lanqas, allura kienu jxerdu ċ-ċangatura w jitfgħu l-linda fil-festa. Il-marċi li kien hemm kienu jsiru, pero’ issa aktar saru brijjużi l-marċijiet. Qabel aktar kienu qishom isiru kwieti. Kien ikun hemm tfajliet jiehdu sehem ikantaw l-innijiet imma mhux dawk li jkantaw i jqabblu. Il-Ħadd tal-festa konna nsajjru speċjali. Ġeneralment insajjru sriedaq jew tiġieġ, m'hemmx għalfejn tasal il-festa biex issajjarhom. Imma dik l-ħabta konna nistennew il-festa tiġi biex insajjru xi fniek jew xi tiġieġa, xi ħaġa speċjali!

Dear Visitor,
By visiting our website and using our platform, you agree to the Terms and Conditions.
We use analytics cookies to offer you a better browsing experience. You have the choice to refuse or accept them.
You can learn more about this in our Cookies Policy