x Hello!
Log in here to add your story.

A baker in Qormi

01.01.1950 - 01.12.1969
Original language : Maltese

Joseph Falzon had worked as a baker for decades. In this extract, he explained a typical work day - which was usually in nighttime - how different types of bread were made in the olden days and distribution throughout the various villages.

Filgħodu konna nibdew noħorġu dak il-ħobż li konna nkunu lestejna mal-lejl. Noħorġu kemm jista’ jkun li ma nieqfux u konna ngħajjtu u nħabbtu bieb bieb. Dan kien meta ma konniex nistgħu nagħtu iżjed ħobż milli suppost. Qabel ma tneħħa r-ration konna noħorġu biż-żiemel, u ma konna nagħmlu xejn mingħajru. Biż-żiemel u bil-karettuni konna mmorru nqassmu l-ħobż u wara konna mmorru nistrieħu, infatti Ħal Qormi, għalhekk jgħidulna "sa’ nofsinhar", għax konna nistrieħu jew għax l-arloġġ wara nofsinhar ma kienx jidher ta’ mal-knisja ta’ San Ġorġ. Konna nistrieħu siegħa, tiekol li tlestilek il-mara jew ommok jew ħutek, u konna nerġgħu nibdew inlestu l-għaġina għal mal-lejl. Konna nagħmlu forsi sal-ħamsa s-sitta rieqdin, nerġgħu nqumu u nerġgħu nibdew l-ħidma tagħna bil-lejl. Bil-lejl stess nerġgħu nibdew imbagħad, konna nagħmlu lejl sħiħ naħdmu, nerġħu nlaħalħu u ninħaslu filgħodu u nerġgħu ngħabbu dak il-xogħol kollhu.

Issa, hemm ħafna differenza bejn tip ta' ħobż u ieħor. Il-ħobż tal-Malti huwa iebes, u min jagħmlu jinħaqar fix-xogħol u fil-ħin għax biex trabbi l-għaġina, dak iż-żmien konna nużaw l-ispiga. L-ispiga kienet biċċa injama teħel ganċ mal-ħajt u kont tagħġen biha fuq irħama. Wara li tagħġen, kull nofsiegħa toqgħod ngħidulu aħna issaqqih. Taqta' biċċa u tkebbiba u tiftaħa ġol-mejjieta’ n-naħa l-oħra. Din trid tagħmilha għal xi erba’ darbiet, kull nofsiegħa, imbagħad tibda tqatta’ skont l-użin li jkollok. Dak iż-żmien kienu jqattgħu ta’ ratlejn u ta’ ratal u nofs u mbagħad min ikun irid ħobża żgħira taqtalu ġonta. Biż-żmien bdew jagħmlu l-ħobża ta’ nofs ratal u ftira.

Dear Visitor,
By visiting our website and using our platform, you agree to the Terms and Conditions.
We use analytics cookies to offer you a better browsing experience. You have the choice to refuse or accept them.
You can learn more about this in our Cookies Policy