x Hello!
Log in here to add your story.

Herbal medicine in Gozo of yesteryear

01.01.1940 - 01.12.1967
Original language : Maltese

Frenċ tal-Għarb (1892-1967) was a Gozitan farmer and a practitioner of herbal medicine. He is still widely talked about in local circles and back in 2006, author Anton F. Attard sat with Isabelle Xuereb wherein he recounted stories about the local healer.

Fuq Frenc ta’ l-Għarb hemm ħafna stejjer. Jiena niftakar kont ktibt waħda ħriġtha fil-ktieb tiegħi 'Mill-Hajja ta’ l-Imgħoddi', illi tirrakkonta kif darba ġabu waħda Maltija li kellha wiċċa kollu ponot li ma setgħux ifejquha. Ġabuha hawnhekk, Għawdex u l-mard kien daħal ġewwa, allura Frenċ ta’ l-Għarb qallhom, 'Din irrid nikkuraha iktar minn darba, iġifieri trid toqgħod hawn'. U baqgħet Għawdex din it-tifla żgħira. U kien ikkuraha, iġifieri wisq probabli kien jaħslilha wiċċha b’xi ilma magħmul mill-ħxejjex li kien jagħmel hu, u fil-fatt fejjaqha.

Frenċ tal-Għarb kien magħruf għall-użu tal-ħxejjex għal medicina, u dik kienet waħda mill-affarijiet tal-bdiewa. Ma ninsewx li mhux Frenċ biss kien juża l-ħxejjex bħala mediċina. Per eżempju, missieri kellu xi erba’ riċetti tal-ħxejjex, jiġifieri ma kienx qalomlu Frenċ jew xi ħadd ieħor, kienu bdiewa kollha. Hemm min jemmen bil-ħxejjex, allura li ngħidlek li missieri per eżempju, kien jaqli il-fejġil biex imbagħad biż-żejt tiegħu jidlek minħabba l-uġigħ. Kien b’xħet ir-riħ, kien jgħallieh u jużaħ għal xi ħaġa oħra, n-niġem kienu jużawh ukoll biex isaffi id-demm. Imbagħad tax-xorb kienu jużaw l-iktar l-għasel tan-naħal bil-lumi u xi drabi bil-whiskey u kienu jużaw l-inbid sħun. Barra l-ħxejjex nużaw per eżempju l-melħ. Kien hawn min kien ikollu uġigħ f’qonqhu, kien jimla’ kalzetta bil-melħ, u mbagħad jagħmilha fuq il-parti li tkun muġugħa biex dak il-melħ jixrob l-uġigħ. U kien hemm ħafna riċetti ta’ dan it-tip.

Dear Visitor,
By visiting our website and using our platform, you agree to the Terms and Conditions.
We use analytics cookies to offer you a better browsing experience. You have the choice to refuse or accept them.
You can learn more about this in our Cookies Policy